Se tkun meħtieġa decider bejn Sliema Beach Soccer u Ta’ Xbiex fin-Nestle Ice Cream Beach Soccer League biex jiġi deciż min se jikseb ir-raba’ post tal-klassifika, li jkun ifisser post fil-play-offs.
Dan wara li Sliema Beach Soccer rebħu l-konfront dirett kontra La Playa de Arena 4-3, filwaqt li Ta’ Xbiex kienu fl-azzjoni fi tliet partiti fejn rebħu waħda iżda tilfu darbtejn.
Ta’ Xbiex għelbu lil Birżebbuġa Tigers 10-5 iżda wara tilfu 8-2 kontra Naxxar Lions, u 6-4 kontra Ħamrun Beach Soccer fejn dawn tal-aħħar temmew l-ewwel fażi tal-Kampjonat fil-quċċata wara sensiela ta’ riżultati pożittivi.
Ħamrun komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi meta għelbu lil La Playa de Arena 7-3.
Il-klassifika tal-Kampjonat Beach Soccer
Ħamrun 27 punt, Naxxar Lions 21 punt, La Playa de Arena 14 il-punt, Sliema Beach Soccer u Ta’Xbiex 8 punti kull wieħed, Birżebbuġa Tigers 6 punti.
//= $special ?>