Erba’ żgħażagħ Taljani nhar il-Ħadd kienu mixlijin b’serq ta’ ġojjellerija minn klabbs tad-divertiment f’Ħaż-Żebbuġ u San Ġiljan. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li l-irġiel allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata.
L-akkużati għandhom l-etajiet ta’ 16, 18, 21 u 24 sena, fejn huma ġew arrestati nhar is-Sibt wara rapporti ta’ serqiet ta’ ‘snatch and grab’. Irriżulta li dawn kienu jmorru f’postijiet iffullati u jaħtfu l-ġiżirajjen minn madwar għenuq nies li jkunu qegħdin jiżfnu.
Meta tressqu l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadia-Helena Vella, it-tnejn il-kbar wieġbu ħatja u ġew ikkundannati disa’ u 12-il xahar ħabs rispettivament.
L-adoloxxenti nżammu taħt arrest preventiv wara li wieġbu mhux ħatja.
//= $special ?>