Formula 1 Sport

Esteban Ocon se jħalli lil Alpine

(Ritratt: EPA)

Minkejja li l-istaġun 2024 tal-Formula għadu fil-bidu tiegħu, numru ta’ sewwieqa diġa qed iħabbru tibdil fis-sewwieqa tagħhom għall-istaġun li ġej hekk kif Esteban Ocon mistenni jħalli lil Alpine fi tmiem dan l-istaġun.

Ocon irnexxielu jitla’ tliet darbiet fuq il-podju ma’ Alpine kif ukoll irnexxielu jirbaħ Grand Prix fl-2021. Din l-aħbar tasal ftit jiem wara l-inċident li Ocon kellu ma’ sieħbu fit-tim Pierre Gasly fil-Grand Prix ta’ Monaco.

Is-sewwieq ta’ 27 sena għad irid iħabbar jekk hux se jkun qed jissieħeb ma’ tim ieħor fl-istaġun li ġej, b’ħafna jispekulaw li jista’ jissieħeb ma’ Haas.