Claudia Sheinbaum saret l-ewwel mara eletta bħala l-President tal-Messiku fl-istorja twila ta’ dan il-pajjiż Latin Amerikan.
Ir-rebħa elettorali kienet kbira, b’Sheinbaum tiftaħ distakk ta’ 30 punt perċentwali fuq l-akbar rivali tagħha – in-negozjanta Xóchitl Gálvez, li ma damitx biex tifraħ lill-President ġdid malli ħarġu l-ewwel exit polls.
Jidher li Claudia Sheinbaum, eks-xjenzata fis-settur tal-enerġija u l-eks-Sindku fil-Belt tal-Messiku, għandha tirbaħ l-elezzjoni b’60 fil-mija tal-appoġġ popolari ladarba joħroġ ir-riżultat finali u konklużiv.
Din il-mara ta’ 61 sena, intant, se tieħu post il-President Andrés Manuel López Obrador b’mod uffiċjali mill-1 ta’ Ottubru.
Fl-ewwel diskors wara r-rebħa, Sheinbaum wiegħdet lill-Messikani li se taċċerta minn politika ta’ kontinwità u fejn għandha tagħti priorità lill-programmi għat-tkattir tal-ġid soċjali, l-istess bħalma għamel López Obrador matul l-aħħar snin.
//= $special ?>