F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Għalik.’
Apparti minn hekk, Bernard Grech fakkar li l-kampanja elettorali se tiġi fi tmiemha b’mass rally tal-Partit Nazzjonalista li se ssir fil-Pjazza tas-Siġġiewi nhar il-Ħamis li ġej.
Għaldaqstant, Bernard Grech ħeġġeġ lill-poplu sabiex nhar is-Sibt li ġej joħroġ jivvota għaliex bil-vot tista’ turi li trid pajjiż aħjar, lokalitajiet aħjar kif ukoll ħajja aħjar. Dan filwaqt li sostna li l-kandidati kollha f’isem il-Partit Nazzjonalista kommessi li jaħdmu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Segwi l-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista hawnhekk: https://www.facebook.com/reel/471587005364870
//= $special ?>