Futbol Sport

It-tim Malti tan-nisa ottimist li jirkupra mid-disfatta ta’ nhar il-Ġimgħa

Għada t-Tlieta, fl-4 ta’ waranofisnhar, it-tim Malti tan-nisa se jkun qed jilgħab għal darb’oħra kontra l-Bonsija wara t-telfa ta’ 1-0 kontra l-istess pajjiż f’dahrna nhar il-Ġimgħa.

F’kummenti mal-midja, il-kowċ Manuela Tesse qalet li tinsab diżappuntata bit-telfa ta’ nhar il-Ġimgħa, hekk kif il-plejers tagħha tilfu numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor. Hi żiedet tgħid li meta l-affarijiet ma jmorrux skond kif ikun pjanat is-sitwazzjoni ssir waħda diffiċli.

Rebħa għall-Bosnija tkun tfisser li jkollhom ċans itemmu fil-postijiet tal-play-offs b’ċans li jkunu promossi għal-League A fl-istaġun li ġej. It-tim Malti minn naħa l-oħra jrid rebħa bilfors inkella jkun relegat għal-League Ċ.

Il-partita ta’ għada minn League B tal-UEFA Nations League se tkun qed tintlagħab fl-4.00pm fl-FF BH Football Training Centre f’Zenica.