Sport

L-FMA torganizza b’suċċess l-Enemed Futsal Awards

Il-Futsal Malta Association organizzat b’suċċess l-Enemed Futsal Awards fejn diversi plejers u uffiċjali ġew ippremjati fi tmiem l-istaġun 2023/24.

Maicon Silva ta’ Luxol ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tal-Enemed Premier League, filwaqt li Mark Zammit mill-istess tim, kien l-aqwa plejer Malti. Fl-istess waqt, Guilherme Fonseca de Deus spiċċa l-aqwa skorer tal-Enemed Premier League.

L-unur tal-aqwa goalkeeper ingħata lil Clint Mifsud ta’ Luxol b’Gabriel Dobre li ġie magħżul bħala l-aqwa kowċ.

Collin Sammut tas-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena, rebaħ l-unur tal-iktar żagħżugħ promettenti wara l-aħħar wirjiet tajbin li ta.

Fl-Enemed Challenger League, Stefi Cale ta’ Ta’ Xbiex Izola Bank kien magħżul bħala l-aqwa plejer b’Amir Ashtiyani li spiċċa bħala l-aqwa skorer.

Sadanittant, Vanessa Carneiro ta’ Swieqi United Futsal, ġiet magħżula bħala l-aqwa plejer fl-Enemed Women’s League, filwaqt li Irena Drugovic ta’ Lija Athletics A spiċċat bħala l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni.

Finalment, it-tim nazzjonali Malti tal-futsal rebaħ il-President’s Awards wara l-aħħar riżultat pożittiv li kiseb mil-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew.