Mietu ‘il fuq minn 60 persuna fl-Indja tul l-aħħar tlett ijiem minħabba l-perjodu kontinwu tas-sħana meqjusa bħala ħafna aktar intensiva minn tas-snin preċedenti….Mewġa ta’ sħana li għadha qed tiddomina f’numru ta’ provinċji taċ-ċentru u t-tramuntana u li ilha konsistenti għal xejn anqas minn ġimgħatejn.
Il-massimu tat-temperaturi hu indikat bejn il-45 u s-46 grad Celsius – iżda hemm anki xi zoni fl-Indja fejn is-sħana anki laħqet livell ta’ 50 grad.
Intant, fi tmiem il-ġimgħa, mietu madwar 35 persuna b’kaġun tas-sħana fl-Istat ta’ Uttar Pradesh – u meta fosthom kien hemm uffiċjali u ħaddiema oħra involuti fl-elezzjoni ġenerali. Dan meta nhar is-Sibt kien l-aħħar jum tal-votazzjoni fl-Istat partikulari.
Mietu anki 20 oħra mill-effetti tas-sħana fl-Istat ta’ Orissa u meta l-awtoritajiet qed jistennew aktar rapporti dwar imwiet minn diversi bnadi oħra tal-pajjiż.
Is-sħana fl-Indja u fl-Istati ġirien mistennija tkompli tikser ir-rekords matul is-sajf peress li d-dinja qed tiffaċja dejjem aktar heatwaves kbar u li qegħdin jieħdu dejjem aktar fit-tul.
//= $special ?>