F’ St James’ Park l-Ingliżi fetħu l-preperazzjonijiet tagħhom għall-EURO 2024 b’rebħa ta’ 3-0 fuq Bosnia & Herzegovina, liema rebħa immaturat fit-tieni taqsima. B’diversi ismijiet prominenti neqsin mill-ewwel ħdax fosthom Jude Bellingham, Declan Rice u Bukayo Saka, fl-ewwel taqsima t-tim Ingliż naqas milli jkun perikoluż u ftit li xejn ħoloq okkażjonijiet ta’ skor.
Fit-tieni taqsima, it-tim Ingliż ħa l-kontroll tal-partita u fetaħ l-iskor fis-60 minuta meta mill-ħdax-il metru kien Cole Palmer li skorja l-ewwel gowl mat-tim Ingliż fl-ewwel dehra tiegħu. Fil-85 minuta l-Ingilterra irdoppjaw meta minn cross ta’ Jack Grealish kien Trent Alexander-Arnold li b’volley mill-isbaħ sab ir-rokna tax-xibka għal 2-0. It-tielet gowl wasal fid-89 minuta permezz ta’ Harry Kane.
Intant in-nazzjon li se jospita l-EURO 2024 fetaħ l-impenji tiegħu bi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Ukrajna.
Illum: Ingilterra v Bosnija 3-0, Ġibiltà v Skozja 0-2, Kroazja v Maċedonja 3-0, Albanija v Liechtenstein 3-0, Ġermanja v Ukrajna 0-0
//= $special ?>