Fl-aħħar ħin intlaħaq qbil sabiex l-operaturi ż-żgħar tal-Y-plates li għandhom erba’ vetturi jew anqas mhux ser jiddaħħlu fl-obbligu ta’ Public Service Garage, kif kien il-pjan oriġinali tal-Gvern, sakemm dawn għandhom garage fejn iżommu l-vetturi tagħhom.
Dan ikkonfermah permezz ta’ post fuq Facebook, ix-Shadow Minsiter tat-Trasport, Mark Anthony Sammut hekk kif qal li fl-aħħar xhur saret pressjoni mill-Oppożizzjoni fil-Parlament Malti.
Huwa faħħar dan il-pass hekk kif tant meħtieġ sabiex titħares il-ħobża tas-self-employed iż-żgħar u l-familji tagħhom.
Dan il-qbil intlaħaq siegħa biss qabel kellha ssir protesta oħra mill-operaturi tal-Y-plates, b’din il-protesta titħassar quddiem dan l-aħħar żvilupp.
Fi Frar li għadda, l-istess operaturi kienu pprotestaw minħabba l-prezzijiet baxxi li qed jiġu offruti lin-nies fuq pjataformi online tal-cabs li qegħdin jheddu l-għejxien tagħna.
//= $special ?>