Futbol Sport

Luciano Spalletti jikkonferma li Gatti se jkun parti mill-iskwadra tal-Italja għall-Euro 2024

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Taljan Luciano Spalletti kkonferma li l-plejer ta’ Juventus Federico Gatti se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra ta’ 26 plejer li t-tim nazzjonali Taljan se jkolli għall-Euro 2024.

Il-ġimgħa d-dieħla t-tim Taljan se jkun qed jivjaġġa minn Coverciano f’Firenze lejn Dortmund fil-Ġermanja fejn se jkunu qed ikunu stazzjonati matul l-Euro 2024. F’kummenti mal-midja Taljana lejliet il-partita ta’ ħbiberija li l-Italja se tilgħab kontra t-Turkija, Spalletti qal li jinsab ferm eċitat għall-Euro 2024, fejn minkejja li l-iskwadra Taljana m’hijiex waħda t’esperjenza bħal dawk f’edizzjonijiet passati, l-eks kowċ ta’ Napoli jikkunsidra li għandu skwadra valida u kompetittiva.

Spalletti sellem ukoll lil Francesco Acerbi u Giorgio Scalvini li se jkunu qed jitilfu din il-kompetizzjoni minħabba injuries serji li sofrew fl-aħħar jiem.