Minn għada, dawk kollha li ma ġabrux il-vot tagħhom mill-Kunsill Lokali jew mill-Għassa tal-Pulizija jistgħu jiġbru dan id-dokument mill-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar. Dan se jkun possibbli sa nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju.
It-Tlieta u l-Erbgħa l-vot jista’ jinġabar bejn it-8:00am u s-1:00pm kif ukoll bejn it-3:00pm u d-9:00pm. Dan filwaqt li matul il-jum tal-Ħamis il-vot jista’ jinġabar bejn it-8:00am u s-1:00pm kif ukoll bejn it-3:00pm u 12:00am.
Il-votazzjoni issa se tkompli it-Tlieta 4 ta’ Ġunju fejn se jkunu qed jivvutaw l-AECs u c-Chairpersons tal-postijiet tal-votazzjoni u l-Ħamis 6 ta’ Ġunju fl-Isptarijiet.
Il-kampanja għal din l-elezzjoni tagħlaq il-Ħamis f’nofs il-lejl fejn dakinhar, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza Rally kbir fil-Pjazza tas-Siġġiewi.
//= $special ?>