Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq Burmarrad, f’San Pawl il-Baħar
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45 pm meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa raġel ta’ 43 sena residenti l-Mosta u mutur Yamaha T110.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur.
Il-kundizzjoni u l-identità tas-sewwieq għadhom mhux magħrufa.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>