Edukazzjoni Lokali

Tħassib kbir mill-istudenti tal-MCAST hekk kif kollox jindika li se jibqgħu bla marki

L-istudenti fl-MCAST urew tħassib kbir għall-fatt li s’issa kollox qed jindika li l-marki mhux se jkunu ppubblikati filwaqt li għadhom għaddejjin id-direttivi f’din l-istituzzjoni edukattiva.

Bosta studenti li tkellmu ma’ Net News esprimew il-frustrazzjoni tagħhom hekk kif bin-nuqqas ta’ marki mhux se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fl-industrija preferuta tagħhom. Dan apparti li lanqas jafu x’se jiġri jekk ikollhom xi resits għaliex ma ngħataw l-ebda indikazzjoni dwar x’se jkun qed jiġri.

Id-direttivi fl-MCAST daħlu fis-seħħ kważi xahar ilu, bl-istudenti tħallew f’inċertezza kbira f’perjodu mill-aktar importanti għalihom iżda s’issa jidher li għadu ma ntlaħaq ebda qbil dwar il-ftehim settorjali mal-għalliema tal-MCAST.