Ġimgħa wara li beda process storiku fil-Qorti – l-ebda referenza għall-iskandlu tal-Vitals.
Skandlu li heżżeż pajjiż sħiħ; għalkemm minn naħa ta’ Robert Abela…skiet li jtarrax … għajr għax-xenati u kliem fieragħ li ddominaw id-djalogu politiku tal-Labour, jiem biss qabel il-poplu joħroġ jivvota għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
F’San Ġwann, Robert Abela ftaħar li l-partit tiegħu jħaddan politika responsabbli – iżda ironikament nesa jsemmi li kien l-Gvern tiegħu stess li għadda bħal gaffa fuq il-Kunsilli Lokali meta naqsilhom is-setgħat u r-riżorsi.
Quddiem il-partitarji tieghu, il-mexxej Laburista ddikjara li f’Ottubru li ġej se jkollna budget iżjed b’saħħtu mis-sena li għaddiet…. iżda nesa jgħid li kien il-Gvern tal-Labour li daħalna f’ dejn ta’ 10 biljun Ewro.
Il-Mexxej ta’ dak li suppost hu l-Partit tal-Ħaddiema semma’ l-kelma ‘establishment’ diversi drabi waqt li naqas milli jirrikonoxxi l-isfidi li ta’ kuljum qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f’Malta … iktar u iktar meta l-istatistika Ewropea turi li Malta kellha l-inqas żieda fil-pagi madwar l-Ewropa fl-aħħar snin.
Intant … f’diskors partiġġjan tal-”aħna” u “huma” mid-deputat Alex Muscat li qanqal xeba għajjat, Muscat ħass il-bżonn li jħeġġeġ lll-partitarji sabiex joħorġu jiġru wara n-nies għall-appoġġ u l-vot lejn il-Partit Laburista.
U bħall-kollega tagħha, il-Ministru Julia Farrugia Portelli iddeskriviet lill-PN allerġija.
Ironija sfaccata hekk kif id-deputat Carmelo Abela hareg jattakka b’saħħa lill-PN – bi kliem negattiv, u bla enda proposti.