Lokali

Abela mar San Ġwann u ma tkellem xejn dwar il-lokalità – Albert Buttigieg

It-Tnejn filgħaxija Robert Abela mar San Ġwann u tkellem fuq prattikament kollox, minbarra fuq il-lokalità ta’ San Ġwann.

Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg hekk kif insista li huwa stenna li Abela kien se jitkellem fuq il-proġett ta’ Project Green li mistenni jsir quddiem il-Knisja tal-lokalità, madanakollu spjega li mhux biss ma lissinx kelma waħda dwaru, iżda ma ssemma’ xejn anke fuq il-fuljetti li ġew imqassmin fid-djar tar-residenza Ġwaniżi.

Huwa sostna li hemm ħafna aktar domandi x’jiġu mwieġba dwar dan il-proġett – madanakollu mhux talli l-Gvern ta’ Abela mhux jirrispondihom, talli issa jidher li qed jaħbuh.