Id-Dipartiment fl-Istati Uniti b’rabta mas-sigurtà (SEC) ikkonferma li nhar il-Ġimgħa Ticketmaster – pjattaforma popolari għall-bejgħ ta’ biljetti għall-kunċerti kif ukoll partiti tal-futbol – kellu ‘data breach’.
Fir-rapport li jinsab għand id-Dipartiment intqal li l-kumpanija nnutat attività mhux tas-soltu u li ma kinitx awtorizzata fid-database tagħhom. Intqal ukoll li d-‘data’ li allegatament ittieħdet minn fuq Ticketmaster kienet se tinbiegħ fuq id-‘dark web’.
Għaldaqstant, rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-grupp ta’ hackers magħruf bħala ‘ShinyHunters’ assumew responsabbiltà għal dan l-attakk. Fil-post tagħhom huma qalu li jridu $500,000 għad-‘data’ kollha li rnexxielhom jakkwistaw – li jammonta għal 1.3TB. Id-‘data’ skont ‘ShinyHunters’ tinkludi ismijiet, indirizzi, numri tal-mobiles kif ukoll dettalji bankarji ta’ 560 miljun klijent.
Min-naħa l-oħra, jidher li d-Dipartiment SEC fl-Istati Uniti ma kkonfermax kemm ġew affettwati klijenti u jekk ‘ShinyHunters’ kinux responsabbli għalih.
Intant, is-sit Ticketmaster għadu ma kkummentax dwar dan id-‘data leak’.
//= $special ?>