Lokali

Ebda kundanna lejn id-diskors ta’ Julia Farrugia Portelli

Kien tassew xokkanti d-diskors li qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli t-Tnejn filgħaxija waqt l-attivita tal-Partit Laburista. Diskors li kien ta’ diżrispett lejn kull Malti u  Għawdxi; irrispettivament ta’ kull twemmin politiku li persuna għandu.

Però, minkejja dan kollu, la l-Ministru Clinton Grima u lanqas is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ma kkundannaw dan il-kliem li ntqal fil-preżenza ta’ Robert Abela.

Intant, il-Ministru Farrugia spiċċat tirrikori għal Facebook biex tweġeb lil Net News – iżda fl-ebda ħin ma skużat ruħha għal dak li qalet.