Lokali

Fgura United FC tiġbor €56,200 b’risq Puttinu Cares waqt maratona tal-futbol ta’ 50 siegħa

Ir-reba’ edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol ta’ 50 siegħa bla waqfien organizzata minn Fgura United FC b’risq Puttinu Cares, irreġistrat is-somma rekord ta’ €56,200.

Il-ftuħ tal-maratona kienet ippreżentata minn Charline Magro, membru ta’ Down Syndrome Malta. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ rat ukoll il-kick-off isir bejn plejers tal-Ispecial Olympics u plejers żgħar ta’ Fgura United FC. Minbarra l-plejers tan-nursery tal-klabb, diversi kumpaniji u entitajiet tal-gvern, il-maratona laqgħet ukoll 20 priġunier li ħallew għal ftit sigħat il-Facilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ġiet ippreżentata wkoll donazzjoni f’isimhom li wriet kif din il-manifestazzjoni soċjali mhux biss ippermettiet lill-klabb jiġbor flus għall-Puttinu Cares, iżda wkoll biex jinħoloq iktar għarfien u involviment mill-membri vulnerabbli fis-soċjetà. Messaġġ konsistenzi ta’ kemm il-klabb jemmen li l-futbol jista’ jintuża għall-isforz kontinwu lejn soċjetà ġusta.