Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima spiċċa hu wkoll jammetti li l-għalliema għadhom qed jilmentaw miegħu dwar dak li qed jiġi preżentat bħala parti mill-Ftehim tal-Gvern mal-edukaturi.
Il-Kunsill tal-MUT kien approva l-qbil proprju fil-jum li fih kien jiskadi l-ultimatum li tat il-union lill-Gvern wara li dan baqa’ jsabbat saqajh biex jintlaħħaq il-qbil dwar il-pakkett finanzjarju.
Però, il-votazzjoni ġiet posposta wara li l-MUT ma kinitx sodisfatta bir-risposta bil-miktub imsejħa “finali” mingħand il-Gvern – u li ma kinitx ser tindirizza l-ilmenti ta’ sezzjonijiet ta’ edukaturi li ssemmew waqt u wara l-laqgħa tal-aħħar jiem.
Ilmenti li l-Ministru stess sema’ bihom.
Il-Ministru ammetta wkoll li ma spjegax biżżejjed dak li kien hemm fil-ftehim settorjali.
S’issa din il-kwistjoni għadha mhix solvuta u l-għalliema għadhom mingħajr ftehim.
//= $special ?>