Elezzjonijiet 2024 Għawdex Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jkun il-vuċi tal-bdiewa u s-sajjieda fil-Parlament Ewropew

Il-Partit Nazzjonalista jemmen fis-sigurtà tal-ikel f’pajjiżna. Il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala huma indispensabbli għal dan.

Hu u jżur lill-bdiewa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien, hu u determinat li jibqa’ qrib dawk li jipprovdulna l-frott, il-ħaxix, il-laħam u l-ħut frisk u sigur.

Il-Partit Nazzjonalista tahom appoġġ dejjem, kien magħhom fil-prostesti u qed jaħdem biex il-proposti li ressqu waqt il-protesta jitressqu quddiem il-Parlament Ewropew.

Għax il-Partit Nazzjonalista verament jemmen li l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala tagħna huma l-pilastri tal-ikel bnin f’Malta u Għawdex.