Mil-lum, dawk kollha li ma ġabrux il-vot tagħhom mill-Kunsill Lokali jew mill-Għassa tal-Pulizija jistgħu jiġbru dan id-dokument mill-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar. Dan se jkun possibbli sa nhar il-Ħamis li ġej.
Il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jistgħu jiġbru l-vot tagħhom mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, fir-Rabat Għawdex.
Il-vot jista’ jinġabar bejn it-8:00am u s-1:00pm kif ukoll bejn it-3:00pm u d-9:00pm. Dan filwaqt li matul il-jum tal-Ħamis il-vot jista’ jinġabar bejn it-8am u s-1pm u mit-3pm sa nofsillejl.
Biex wieħed ikun jista’ jiġbor il-vot irid jagħmel dan personalment u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità.
Il-kampanja għal din l-elezzjoni tagħlaq il-Ħamis dakinhar, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza Rally kbir fil-Pjazza tas-Siġġiewi. Imbagħad, bejn is-Sibt u l-Ħadd Net Television se jkun qed iwassal xandiriet speċjali b’aġġornamenti kontinwi li jagħtu ħarsa lejn l-andament tal-elezzjoni u l-proċess tal-għadd tal-voti.
//= $special ?>