Futbol Sport

It-tieni telfa kontra l-Bosnija fi ftit jiem

Bosnija……………………….2

Malta…………………………..1

Bosnija: A. Hodzic; G. Sliskovic, M. Milinkovic, M. Hasanbegovic, S. Kapetanovic (A. Cule 79′), D. Spasojevic (E. Husic 79′), A. Hadzic (E. Sabaganic 46′), E. Ekic (A. Krajnic 89′), M. Nikolic, A. Krso, M. Gacanica (S. Krajsumovic 72′).

MALTA
P. Ebejer; A. Said, E. Lipman, S. Farrugia, C. Zammit, B, Borg (M. Lucia 86′), S. Zammit, R. Cuschieri, A. Sultana (N. Sciberras 74′), M. Farrugia, H. Bugeja (K. Willis 74′)

Referee: S. Torosyan 

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra t-tieni telfa bl-iskor ta’ 2-1 fi ftit jiem kontra l-Bosnija biex b’hekk ta’ Manuela Tesse poġġa f’riskju l-pożizzjoni tiegħu fil-klassifika ta’ League fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2025.

It-tim Malti mar fil-vantaġġ wara biss tmien minuti meta kienet Maria Farrugia li għamlet l-iskor 1-0. Il-Bosnija rrispondew u ġabu l-iskor indaqs fit-tieni taqsima permezz ta’ Nikolic. L-istess plejer skorjat dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa lejn it-tmiem għal skor finali ta’ 2-1.