L-attenzjoni fil-jiem li ġejjin se tkun fuq l-aqwa erba’ timijiet tal-waterpolo fl-Ewropa – Ferencvaros tal-Ungerija, Novi Beograd tas-Serbija, Olympiacos tal-Grecja u Pro Recco tal-Italja. Dan wara l-preludju ta’ Sport Malta Cup u l-partecipazzjoni ta’ Neptunes, San Giljan, Sirens u Sliema qabel ma jingħata bidu għall-Final 4 tac-Champions League ta’ European Aquatics.
L-ewwel semifinali bejn Pro Recco u Olympiacos se tintlagħab illum fis-7pm.
Il-logħba bejn Ferencvaros u Novi Beograd tibda fid-9pm.
Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju, il-European Acquatics li fil-kalendarju annwali jorganizzaw ic-Champions League, Europa Cup, Challenger Cup u Super Cup; se jniehdu konferenza bit-tema prinċipali se tkun il-‘Viżjoni ġdida u aggornata tal-Waterpolo Ewropew’.
Fl-istess waqt jingħataw ukoll dettalji dwar il-Kampjonati tal-Ewropa fil-Kategoriji ta’ Taħt is-16 – 18 u 20 sena.
//= $special ?>