Elezzjonijiet 2024 Lokali

L-istilel sportivi Ewropej iħeġġu liċ-ċittadini biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej

Il-plejers u l-klabbs tal-futbol, it-tournaments tat-tennis, u l-Paraolimpjani ngħaqdu mal-kampanja tal-UE #Użal-VotTiegħek qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fis-6-9 ta’ Ġunju.

Pleyers ewlenin tal-futbol tan-nisa inkluż il-kaptan Belġjana tar-Red Flames Tessa Wullaert, Anna Johanning tat-tim nazzjonali Ġermaniż, u Sanni Franssi tal-Finlandja, huma fost l-istilel tal-futbol tan-nisa li ffirmaw futbol bl-iskrizzjoni #UseYourVote fuqu. Inizjattiva simili ttieħed fil-logħba tal-irġiel fil-kuntest tal-finali taċ-Champion’s League tas-Sibt li għadda, u klabbs Ewropej ewlenin inklużi r-rebbieħa tal-Europa League Atalanta, FC Bayern München, AC Milan, u SSC Napoli użaw jew ser jużaw il-pjattaformi tagħhom biex jinkoraġġixxu liċ-ċittadini biex jivvutaw.

Fi Brussell, il-plejer tat-tim nazzjonali Belġjan Amadou Onana organizza tournament żgħir għal dawk bejn is-16 u t-18-il sena jħeġġiġhom jivvutaw għall-ewwel darba. Fit-tellieqa ta’ 20 kilometru fi Brussell fis-26 ta’ Mejju, 1,300 membru tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej ġrew bl-istrixxun “Running for Europe” u kien hemm ukoll stand ta’ informazzjoni fl-aħħar tat-tellieqa dwar l-elezzjonijiet li ġejjin.

Bnadi oħra, it-tournament tat-tennis tan-nisa Les Internationaux de Strasbourg tal-Women’s Tennis Association (WTA) (18-25 ta’ Mejju) wera strixxun tal-kampanja #Użal-VotTiegħek, u ospita wkoll stand ta’ informazzjoni, u l-midaljalista Taljana tal-bronż tat-triathlon Paralimpiku Veronika Yoko libset xalpa tal-kampanja #Użal-VotTiegħek matul il-Ġimgħa tal-Moda ta’ Milan.