Bi preludju għall-Final 4 tal-LEN Champions League, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq ingħata bidu għas-semifinali għall-Isport Malta Cup bil-partecipazzjoni ta’ erba’ timijiet Maltin.
Ma kien hemm ebda problema għal Sliema f’partita li ddominaw għal ħinijiet twal fejn Dino Zammit, Jayden Cassar u Benji Cachia skorjaw tliet gowls kull wieħed bil-gowls l-oħra skorjati minn John Brownrigg, Andreas Galea, Liam Galea , Julian Chircop u Zach Mizzi. Ir-riżultat finali kien Siren 3 – Sliema 14. It-tliet gowls ta’ Sirens kienu skorjati minn Gianni Farrugia, Ken Erdogan u Isaac Riolo.
Referees tal-partita kienu Massimo Angileri u Stefan Licari .
It-tieni semi finali mill-aktar ibbilancjata, San Ġiljan għalbu lil Neptunes 13 – 9, b’San Ġiljan jiksbu post fil-finali ta’ nhar il-Ħamis kontra Sliema.
Għal San Giljan kien hemm tliet gowls minn Ben Plumpton u żewġ gowls kull wieħed minn Jeremy Abela, Russell Caruana, Jake Bonavia u Nicolai Zammit; filwaqt li gowl kull wieħed minn Nicholas Bugelli u Gabriel Bonavia.
Għal Neptunes skporjaw żewġ gowls kull wieħed Gabriel Pace, Jake Bajada u Mark Castillo; u gowl kull wieħed minn Alec Fenech, Sam Gialanze u Jordan Camilleri.
Referees tal-partita kienu Peter Balzan u Alex DeRaffaele
//= $special ?>