Wieħed mill-favoriti li jirbaħ l-Euro 2024, il-Portugall kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq il-Finlandja. Ruben Dias poġġa lill-Portugall fil-vantaġġ wara 17-il minuta filwaqt li Diogo Jota għamilhom 2-0 permezz ta’ penalty qabel il-mistrieħ.
Bruno Fernandes għamilhom 3-0 wara l-mistrieħ, b’doppjetta ta’ Teemu Pukki jdaħħal lill-Portugall fil-partita. Lejn it-tmiem, Bruno Fernandes għalaq il-partita b’gowl ieħor.
F’partita oħra ta’ ħbiberija, l-Italja temmew fi draw ta’ 0-0 kontra t-Turkija f’partita fejn il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan esperimenta bl-iskwadra biex finalment jagħżel is-26 plejer li se jkun qed jieħu l-Ġermanja.
//= $special ?>