Wara li kmieni waranofsinhar il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-Imqabba u l-Qrendi ħargu stqarrija konġunta fejn kixfu l-qerq tal-Gvern li l-applikazzjoni għall-impjant tat-tarmak u l-konkos fuq art barra z-zona ta’ żvilupp fl-inħawi ta’ bejn l-Imqabba u l-Qrendi kienet għadha attiva u għalhekk, suġġetta li jinħarġu l-permessi meħtieġa biex fil-fatt jibda jopera fil-viċinanzi ta’ dawn l-irħula, ħames sigħat wara din l-applikazzjoni ġiet irtirata.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista ntqal li din hija rebħa għar-residenti Mqabbin u Qrendin grazzi għall-intervent f’waqtu tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ dawn l-irħula, Robert Abela u sħabu kellhom ibaxxu rashom f’dik li kienet tidher li ser tkun ħadma oħra tal-Gvern Laburista.
Dan juri li l-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Partit Nazzjonalista huma determinati li jkunu hemm għalik billi jissalvagwardjaw l-interessi tar-residenti u tal-lokalità tagħhom u mhux ser iħallu lill-Gvern Laburista jgħaddi romblu minn fuq kulħadd, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>