Kunsilli Lokali Lokali

Abela jinawgura l-proġett kontroversjali li dam snin sħaħ ikarkar – ma jsejjaħx il-ġurnalisti

“Irridu niddjalogaw aktar mal-komunità Mostija fosthom dwar it-traffiku”.

Hekk iddikjara Robert Abela meta lbieraħ inawgura l-proġett kontroversjali tal-pjazza tal-Mosta; inawgurazzjoni li saret mingħajr ebda stedina lill-ġurnalisti. Dan sabiex il-Prim Ministru jaħrab id-domandi dwar il-problemi kbar li ħoloq dan il-proġett fejn ir-residenti ġew injorati kompletament – apparti li l-Gvern qabad u qaċċat is-siġar tal-pjazza, sakemm sar intervent minn numru ta’ attivisti ambjentali.

Ironikament, waqt l-inawgurazzjoni tal-pjazza tal-Mosta, il-Prim Ministru qal li se joħloq spazju aħdar u miftuħ ftit passi ’l bogħod mill-pjazza.

Is-Sindku Laburista Chris Grech minn naħa tiegħu qal li l-proġett tal-pjazza indirizza t-traffiku li kien jgħaddi, is-sistema ta’ parkeġġ u tniġġis fl-arja – mingħajr ma qal kif indirizza dawn l-isfidi, għaliex it-traffiku għadu hemm u t-tniġġis spiċċa żdied minħabba li tqaċċtu s-siġar kollha.