Jes Psaila The Hinge Project se jkun fost l-artisti li se jkun hemm f’Ta’ Liesse, fl-
edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Jazz Festival. Il-band se jdoqq is-Sibt, 13 ta’ Lulju.
Jes Psaila The Hinge Project għadu frisk meta nieda t-tieni album tiegħu fuq vinyl,
album li jġib l-isem ta’ Causatum, u jinkludi sitt tracks, erba’ minhom ġodda li ġew komposti u
rrekordjati fit-Temple Studios f’Awwissu li għadda mill-istess mużiċisti – Jes Psaila (kitarra),
Mark Attard (keyboards), Andre Micallef (bass) u Luke Briffa (drums).
L-erba’ tracka ġodda – ‘Bit in the Tail’, ‘Happenstance’, ‘Catch’, u ‘Under the Dante’ –
jkomplu fuq l-istess stil u ħoss ta’ qabel f’dak li kien inħareġ fl-album preċiedenti fl-2021,
element instrumentali fusion b’melodiji aktar mexxejja u tal-widna b’arranġamenti interessanti u
impenjattivi.
Iż-żewġ siltiet l-oħra ‘Lullaby’ – dwett b’kitarra u pjanu, ‘Room with a View’ –
kienu nħarġu fl-2021, b’din tal-aħħar kienet irrekordjata separatament waqt il-pandemija tal-
Covid u għalkemm kienet inkluża fl-album preċedenti, ‘Room with a View’ reġgħat ġiet inkluża
fl-album il-ġdid peress li l-proċess tal-melodiji u l-arranġamenti fihom dik il-bidla li qed twassal
għall-element ta’ Causatum, liema album intlaqa’ tajjeb anke wkoll f’xenarju internazzjonali.
Il-qoxra tal-album ġiet iddisinjata minn Ramon Micallef, propju l-kawża tal-isem tal-
album. L-album tnieda waqt kunċert fit-teatru tal-Università tal-Belt fis-6 ta’ April. Ftit tal-jiem ilu, Jes Psaila The Hinge Project daqqew fi Plovdiv fil-Bulgarija fl-iSpike
Bulgarian Music Showcase.