Futbol Sport

Christian Eriksen jirritorna u jiskorja l-gowl tar-rebħa fl-istadium li kkollassa fih tliet snin ilu

Ritratt: EPA

Christian Eriksen kien il-protagonist hekk kif skorja l-gowl tar-rebħa għad-Danimarka bl-iskor ta’ 2-1 fuq l-Iżvezja fl-istess stadium, Parken Stadium f’Copehagen, li kien ikkollassa fih tliet snin ilu waqt l-edizzjoni tal-Euro 2021. Eriksen kien ikkollassa fil-partita kontra l-Fillandja fejn sofra attakk tal-qalb.

Kien Pierre Emile Hojberg li fetaħ l-iskor għad-Daniżi fit-2 minuta qabel Alexander Isak kiseb id-draw fid-9 minuta. Minkejja dan, kien Christian Eriksen li fis-86 minuta skorja l-gowl tar-rebħa minn freekick dirett.

Rebħa ta’ 3-0 għall-wieħed mill-favoriti għar-rebħ tal-Euro 2024, Franza, fuq il-Lussemburgu. Huma fetħu l-iskor fit-43 minn Randal Kolo Muani, b’Jonathan Clauss u Kylian Mbappe jissiġillaw ir-rebħa fis-70 u fil-85 minuta rispettivament.

Rebħa wkoll ta’ 2-0 għall-Belġju fuq il-Montengro. Kien Kevin De Bruyne li fetaħ l-iskor fl-44 minuta fil-100 preżenza tiegħu mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu, qabel fid-90 minuta kien l-attakkant ta’ Arsenal, Leandro Trossard li mill-ħdax-il metru ma żblajax għal 2-0.

Partiti ta’ ħbiberija

Illum: Slovakkja v San M.arino 4-0; Danimarka v Żvezja 2-1; Norveġja v Kosovo 3-0; Belġju v Montenegro 2-0; Franza v Luessemburgu 3-0; Spanja v Andorra tard.
Għada: Messiku v Urugwaj fit-3a;m Gibiltà v Wales fis-6pm; Olanda v Kanada fid-8.45pm.