Nhar is-Sibt il-poplu Malti u Għawdxi għandu deċiżjoni importanti x’jagħmel – deċiżjoni li se ssarraf fir-rappreżentanza Maltija fil-Parlament Ewropew u rappreżentanza fil-lokalità.
Għaldaqstant, issa b’jumejn biss qabel din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ mass rally fis-Siġġiewi fid-dawl tal-għeluq ta’ kampanja impenjattiva, bit-tema Flimkien Għalik.
Il-mass rally se tkun qed issir fil-Pjazza tas-Siġġiewi, fis-7 ta’ filgħaxija, fejn il-folla se tkun indirizzata mill-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola. Il-qofol ta’ din il-kampanja se jkun id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonlista Bernard Grech.
Dawk kollha li għadhom li ma ġabrux il-vot tagħhom, jistgħu jagħmlu dan billi jmorru l-Eks Trade Fair Grounds, fin-Naxxa,r sa għada l-Ħamis 6 ta’ Ġunju f’nofsillejl.
//= $special ?>