Il-Partit Nazzjonalista fetaħ mill-ġdid l-Uffiċċju fis-Sub-Headquarters f’Ta’ Sannat, Għawdex, wara xogħol ta’ manutenzjoni li kien jeħtieġ li jsir fl-aħħar xhur.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li fakkar fil-ħidma kbira li qed issir – b’mod speċjali issa li ninsabu tlett ijiem biss bogħod minn żewġ elezzjonijiet importanti.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm fost l-oħrajn il-Vici Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione, ix-Shadow Minister għal Għawdex Alex Borg, kif ukoll kandidati u membri tal-Kumitat Reġjonali.
Ix-xogħol li sar f’Ta’ Sannat kien jinkludi tibdil tas-sistema tad-dawl, żieda ta’ dawl modern fis-sala li jirrispetta wkoll l-ambjent, sistema ġdid ta’ sound, ACs, kisi u xogħol ta’ tibjid, railing ġdid fl-uffiċċji, is-sala u l-entratura, u anke xogħol fil-bitħa sabiex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet fiha. Fil-jiem tal-elezzjoni, il-Kumitat Reġjonali se jkun qed jassisti lill-Għawdxin proprju minn dan l-uffiċċju f’Ta’ Sannat.

