Lokali

Il-Gvern jibqa’ jisfida lill-MUT – Jaqbad u jibgħat ittri lill-għalliema minkejja ebda qbil

Il-Gvern qed jibqa’ jisfida lill-Union tal-Għalliema (MUT) quddiem il-fatt li għadu m’hemmx qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Fil-fatt, permezz ta’ komunikat uffiċjali, il-Ministru Clifton Grima bagħat lill-edukaturi ittra b’informazzjoni dwar il-pakkett finanzjarju marbut mal-ftehim settorjali, propjru tlett ijiem qabel żewġ elezzjonijiet importanti għal pajjiżna.

Din il-mossa tal-Gvern Laburista qed tkun meqjusa bħala propaganda sabiex il-Gvern jidher li ta ż-żieda, minkejja li għadd m’hemm l-ebda qbil u allura dan mhux minnu.