Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors tiegħu fil-Mosta, beda billi enfasizza l-probelmi kbar li jsofru l-Mostin minħabba t-taħwid u l-arroganza tat-tmexxija tal-Partit Laburista.
Il-Kap Bernard Grech kompla jgħid li l-unika għażla għall-kunsilli u tmexxija aħjar huwa l-Partit Nazzjonalista, u l-kandidati kollha tal-PN. Hu tkellem fuq il-ħafna proposti li wieħed jista’ jsib fil-programm elettorali, u kif kollha jaraw l-interessi ta’ kull ċittadin u resident tal-lokalitajiet kollha f’Malta.
Huwa kompla jgħid, li l-PN minkejja li jinsab fl-opożizzjoni, dejjem kien fiċ-ċentru tal-aħjar deċiżjonijiet u l-aqwa proposti, anke fuq livell lokali. Huwa stqarr li l-PN jaħdem bi pjan, billi l-ewwel janalizza, jiddiskuti u mbagħad jimplimenta.
Bernard Grech ta eżempju ċar ta’ kif vera l-Partit Nazzjonalista jaħdem bi pjan, fejn semma l-bosta proġetti li saru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, fosthom l-Interconnector. Hu kompla jżid li kieku l-PN għadu fil-Gvern, kien isir ukoll tkabbir tal-grid elettriku, li taħt dan il-Gvern mhux biss ma sar xejn, iżda anqas biss ħasbu fi pjan ta’ kif jistgħu jagħmluh, u dan juri biċ-ċar b’kemm-il darba nqata’ d-dawl is-sajf li għadda.
Huwa tkellem ukoll fuq il-kriżi tas-saħħa f’pajjiżna, fejn minħabba l-Gvern tal-Labour li seraq il-bwiet tal-poplu, in-nies li jmorru l-emerġenża jkollhom jistennew 16-il siegħa, filwaqt Robert Abela u sħabu jkomplu jisirqu mill-poplu.
Fl-istess diskors, Bernard Grech ukoll tkellem fuq il-lokalità tal-Mosta, u kkundana għalkollox id-djun kbar li se jħalli s-Sindku Laburist tal-Mosta u kif dan se jkollu effett kbir fuq il-Kunsilli tal-futur.
Bernard Grech ikkonkluda d-diskros tiegħu b’appell biex f’dawn l-elezzjonijiet il-votanti jkomplu jsaħħu l-PN, biex inkomplu naraw id-differenza f’pajjiżna u nimxu f’direzzjoni aħjar. Huwa stqarr ukoll li l-unika alternattiva reali għal Robert Abela u sħabu huwa l-Partit Nazzjonalista, u l-kandidati kollha tal-PN.
//= $special ?>