Kunsilli Lokali Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jagħti prijorità għall-konsultazzjoni mar-residenti

Il-kandidati tal-PN komplew biż-żjarat fit-toroq tal-Mosta sabiex jiltaqgħu mar-residenti u jismgħu l-isfidi li qed jaffaċċjaw.

Il-kandidati tal-PN għall-Kunsill Lokali insistew fuq l-importanza tal-konsultazzjoni; aspett li twarrab kompletament mit-tmexxija Laburista fil-Mosta.

Ir-residenti minn naħa tagħhom semmew kif din il-ġimgħa tfaċċa Robert Abela fil-Mosta sabiex jinawgura l-proġett kontroversjali tal-pjazza; inawgurazzjoni li saret mingħajr ebda stedina lill-ġurnalisti.

B’hekk, il-Prim Ministru ħarab id-domandi dwar il-problemi kbar li ħoloq dan il-proġett, fejn ir-residenti ġew injorati kompletament – apparti li l-Gvern qabad u qaċċat is-siġar tal-pjazza, sakemm sar intervent minn numru ta’ attivisti ambjentali.