Lokali Qorti

Ali Assad Shaukat iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih

13:45 – Il-prosekuzzjoni titlob biex jekk l-akkużat ikun ħa jsiefer, dan jinforma lil Qorti.

13:35 – L-Avukaturi Difensuri jargumentaw dwar l-iffriżar tal-assi. L-Qorti tikkonferma l-ordni ta’ friżar ta’ €22 miljun għal Ali Assad Shaukat, miljun ewro għal Eurasia u ordni ta’ friżar ta’ friżar ta’ €100,000 għal Incorp Sarl.

13:30 – Ir-Reġistratur tal-Qorti Franklyn Calleja jgħid li ma għandux r-rapport sħiħ.

13:25 – Ali Assad Shaukat wieġeb assolutament mhux ħati. F’isem Eurasia Ltd, wieġeb mhux ħati. F’isem Incorp Sarl wieġeb mhux ħati.

13:15 – Ali Asad Shaukatu l-kumpaniji tiegħu ġew akkużati b’ ħasil ta’ flus bejn l-2013 u l-2023. Kif ukoll li fl-istess perjodu aċċetta qliegħ li ma kienx dovut lilu, li f’isem falz għamel gwadan tal-fuq minn €5000, minn fuq dar il-Gvern u għalhekk wettaq frodi. Mixlija wkoll li fl-istess 10 snin f’Malta jew anka barra minn Malta kellu f’moħħu jwettaq organizzazjoni kriminali, li ħeba wkoll dokumenti foloz, li bejn l-2017 u l-2020 wettaq evażjoni tat-taxxa. Hu ġie mixli personalment li kien involut f’organizzazjoni kriminali ta’ iktar minn 10 persuni fejn fosthom xaħħam lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi fost oħrajn.

13:10 – Jibda s-smiegħ bl-Ingliż. L-imputat jgħid li ġie b’mod volontarju u skont kif ġie notifikat, f’imsu u f’isem Eurasia Ltd biss. Il-Prosekuzzjoni titlob li jkun hemm smiegħ separat għall-kumpanija Ste Health Company.

12:30 – Is-smiegħ għadu ma bediex

11:15 – Jasal f’awla numru 2 Ali Asad Shaukat mixli b’korruzzjoni b’rabta mad-deal tal-isptarijiet fost akkużi li jgħidu li kkorrompa diversi politiċi tal-Gvern Maltin. Huwa se jkun qed jiġi akkużat quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana flimkien mal-kumpaniji Eurasia Limited, Incorp SARA u Ste Health Co.