Hekk kif nhar is-Sibt il-poplu Malti u Għawdxi se joħroġ jivvota għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali, surrealment, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jinsisti li dan għandu jkun vot għalih.
Meta prova jaħrab il-cameras ta’ Net News… Robert Abela tenna li hu – bħala Prim Ministru – se jkun qed jaffaċċja sfidi kbar quddiemu. Għalhekk, il-vot ta’ nhar is-Sibt huwa wieħed favur l-amministrazzjoni tiegħu – dikjarazzjoni li xxejjen ix-xogħol kollu li qed jagħmlu l-kandidati tiegħu stess li qed jikkontestaw għall-MEPs.
Intant, minkejja li darba wara oħra ġie ddikjarat li d-deal tal-Gvern ma’ Vitals u Steward kien wieħed frawdolenti u b’kollużjoni ma’ membri għolja fit-tmexxija – u minkejja li kien il-Gvern tiegħu li kompla jħallas il-miljuni għall-investiment fl-isptarijiet li ma sar qatt – Robert Abela injora totalment lill-ġurnalisti meta ntalab jagħmel apoloġija fid-dawl ta’ dan is-serq minn flus il-poplu.
//= $special ?>