Matul il-jum tat-Tlieta l-Kummissjoni Elettorali organizzat il-votazzjoni tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew għall-uffiċjali tal-Pulizija u għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ivvotaw 88.20% – hekk kif minn 8,079 votanti reġistrati vvotaw 7,126.
Dan filwaqt li għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali vvotaw 88% – b’7,110 vot mitfugħ minn 8,079.
Intant, matul il-jum tal-Ħamis se tkun qed issir il-votazzjoni fl-isptarijiet filwaqt li l-qofol jintlaħaq tul il-jum tas-Sibt hekk kif il-votazzjoni tat-8 ta’ Ġunju tiftaħ fis-7 ta’ filgħodu u tispiċċa fl-10 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>