Keith Galea ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club rebaħ l-10 titlu tiegħu ta’ Champion Nazzjonali filwaqt li Maya Schembri Rodgers fid-debutt tagħha rebħet il-kategorija tan-nisa.
Din kienet l-aħħar tiġrija tal-Go & Fun Birkirkara Saint Triathlon Series, valida bħala Kampjonati Nazzjonali tal-Malta Triathlon Federation.
Keith Galea, li kien qed jimmira għall-10 titlu tiegħu, kien l-ewwel barra mill-ilma b’distakk fuq Ramon Calleja, Steve Ritchie, u Bernard Farrugia. Żamm il-vantaġġ fuq ir-rota,fejn Galea ra d-distakk jonqos fejn Ritchie irreġistra l-aħjar ħin ta’ din it-taqsima. Minkejja dan, Galea daħal l-ewwel u rebaħ it-titlu ta’ Champion Nazzjonali għall-għaxar darba fuq Steve Ritchie u l-veteran David Galea b’distakk ta’ sekonda fuq Christopher Buħagiar.
Maya Schembri Rodgers kienet ir-rebbieħa tat-titlu tan-nisa fuq Deborah Schembri u Miriam Borg Saydon.
Distanza Sprint intrebħet minn Lindsey Pirotta qabel Pia Grech u Ana Ramirez Lopez.
Fil-kategorija tal-irġiel, suċċess għal Neil Falzon li daħal qabel James Vassallo u Kenneth Camilleri.
It-trofej kienu ippreżentati lir-rebbieħa mill-President tal-Club Ray Grech .
//= $special ?>