Internazzjonali

L-Indja: Tielet terminu għal Modi… iżda l-Oppożizzjoni ma aċċettatx it-telfa

FILE PHOTO: Indian Prime Minister Narendra Modi gestures, at the Bharatiya Janata Party (BJP) headquarters in New Delhi, India, June 4, 2024. REUTERS/Adnan Abidi/File Photo

Il-koalizzjoni INDIA fl-Oppożizzjoni ma aċċettatx it-telfa fl-elezzjonijiet għall-Parlament tal-Indja anki jekk hu kważi ċert li Narendra Modi se jmexxi lill-pajjiż mill-ġdid bħala Prim Ministru matul is-snin li ġejjin.

Intant, il-Partit Bharatiya Janata (BJP) ta’ Modi tilef il-maġġoranza assoluta li kellu fil-Parlament għall-ewwel darba f’għaxar snin – bl-Alleanza INDIA, fl-aħħar sigħat, tibgħat l-istqarrijiet li kienet qed tikkunsidra l-pass li jmiss fiċ-ċirkustanzi.

L-Alleanza NDA (li tinkludi l-BJP u partiti oħra) rebħet 293 siġġu li huma aktar mill-272 meħtieġa biex hi tifforma Gvern .

Min-naħa tiegħu, Modi irringrazzja lill-poplu għall-mandat fost il-wiegħdiet li ‘għandu jaħdem biex jelimina l-faqar u l-korruzzjoni f’pajjiżu’.