Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn kaxxa ta’ vann

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn kaxxa ta’ vann fis-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel ta’ 42 sena residenti r-Rabat, waqa’ minn kaxxa ta’ vann tal-għamla Layland DAF, għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, fi Triq l-Ispiera, fis-Swieqi.

Fil-post issejħu tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.