Lokali Qorti

Raġel meħlus minn sentejn ħabs fuq żball tal-prosekuzzjoni

Raġel magħruf sew mal-Pulizija spiċċa meħlus minn sentejn ħabs wara li l-ħin tar-reat li kien akkużat li kkommetta ma kienx korrott. Keith Pace instab ħati li saq b’mod perikoluż u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija fis-6.20pm tal-31 ta’ Ottubru 2019 meta, l-evidenza kollha, inkluż dik tal-pulizija li kien waqqfuh, irreferew għal inċident li seħħ fit-3.30pm.

L-Imħallef Neville Camilleri laqa’ l-argumenti tad-difiża wara li l-prosekuzzjoni ma talbitx korrezzjoni fl-akkuża u li, minħabba diskrepanza bħal din, l-ewwel qorti qatt ma setgħet tiddikjara l-ħtija. Pace, negozjant tal-karozzi ta’ 44 sena, twaqqaf minn pulizija f’Santa Venera għax kien fuq il-mowbajl waqt li kien qed isuq.

L-uffiċjal talbu d-dettalji tiegħu iżda, minflok obda l-ordnijiet, ħarab bil-karozza u ku dan wassal għal ‘car chase’ mal-Pulizija. Eventwalment reġa’ twaqqaf fejn beda joffendi lill-uffiċjal u saħansitra waddab iċ-ċitazzjoni mal-art.

Huwa ġie mixli b’sensiela ta’ reati tat-traffiku u fuq skart. Huwa ġie meħlus minn ħafna mill-akkużi, fosthom dik li uża mowbajl waqt is-sewqan, peress li kienu preskritti, iżda nstab ħati ta’ sewqan perikoluż, hedded lill-uffiċjal u li rema’ xi skart.

Huwa kien immultat €1,440, kellu l-liċenzja sospiża għal ħames xhur u kellu ħames punti ta’ penali mwaqqfa. Huwa kien ikkundannat ukoll sentejn ħabs wara li l-qorti daħlet fis-seħħ sentenza sospiża. Huwa appella d-deċiżjoni, u qal li l-ewwel qorti qatt ma setgħet sabet ħtija fuq li żball tal-akkużi.

L-Imħallef Camilleri laqa’ dan l-argument, u ddeċieda li l-Qorti ma kellhiex evidenza dwar xi ħaġa li seħħet fis-6.20pm. Huwa nnota li l-prosekuzzjoni ma ppruvatx tirranġa l-iżball tagħha u għalhekk il-qorti ma kellhiex għażla ħlief li tillibera lil Pace mill-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Fl-2021, Pace kien meħlus minn 30 xahar ħabs wara li qorti tal-appell tagħtu ċ-ċans għax kien qed jirriabilita lilu nnifsu u kien fit-triq it-tajba. Huwa għandu kondotta b’diversi kundanni li jlkaħħqu l-21 paġna dwar varjetà ta’ reati mill-ewwel każ tiegħu fil-qorti 20 sena ilu. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit kienu l-avukati difensuri.