Għawdex Lokali

Robert Abela f’Għawdex – iżda ebda apoloġija lill-Għawdxin

F’Għawdex il-Prim Ministru kellu l-wiċċ jgħid li sar investiment fl-Isptar ġenerali ta’ Għawdex. Qal li sar investiment fil-makkinarju u fis-servizz tal-MRI u anke apparat ta’ CT Scan. Imma l-fatti jgħidu mod ieħor: il-fatti jgħidu li l-Gvern Laburista ta’ €279,082,211 lil Vitals u Steward biex suppost sar Sptar ġdid. Liema sptar kien ilu snin jiġi mwiegħed.

Tant li reġa’ ġie mwiegħed ftit tal-ġimgħat ilu, fejn il-Ministru Jo Etienne Abela ħabbar li dan se jkun jiswa €153,000,000. Flus li se jkollhom joħorġu mill-but tal-Maltin u l-Għawdxin għax Gvern Laburista għażel li jidħol f’deal frawdolenti ma’ Vitals.

Intant Robert Abela reġa’ talab ukoll lil dawk preżenti biex nhar is-Sibt ikunu warajh u jisilfu mandat lill-Partit Laburista.

Karba li ilha tiddominha sa mill-bidu ta’ din il-kampanja elettorali, bl-istess retorika wkoll tiddomina d-diskors li wassal il-Ministru Byrone Camilleri li talab lin-nies biex jingħaqdu magħhom.