Lokali Qorti

Iwieġeb mhux ħati il-ġuvni li ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ splussiv

Illejla, lejliet il-ġurnata ta’ riflessjoni, il-Qorti fetħet b’urġenza biex jinstema’ l-każ taż-żagħżugħ illi ismu huwa implikat mal-materjal li allegatament kien tpoġġa’ quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

L-akkużat tressaq il-Qorti ġimgħa wara li seħħ dan l-allegat każ.

Iż-żagħżugħ David Brincat wieġeb mhux ħati.

Fil-Qorti ġie spjegat illi kien instab aktar materjal allegatament splussiv dakinhar li ġie arrestat. U propju meta kien arrestat, iż-żagħżugħ ikollabora – però sar aggressiv fil-konfront tal-Pulizija meta kienu se jtellgħuh l-isptar Monte Carmeli.

L-avukat difensur talab biex jinżamm taħt arrest fl-isptar Monte Carmeli minħabba li qed jieħu tlett mediċini. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat, u Brincat inżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

AKTAR KMIENI

Il-Pulizija ressqu lil David Brincat quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, il-Ħamis għall-ħabta tat-8pm.

F’awla 7, l-avukati Nicholas Mifsud u Lara Gatt qed jgħidu li l-Qorti għandha taħtar psikjatri biex jaraw l-istat ta’ ġenn li kien fih; mhux issa imma waqt ir-reat. Iżda l-prosekuzzjoni qed tgħid li t-talba hija prematura.

Iż-żewġ naħat argumentaw jekk iż-żagħżugħ għandux jinżamm Monte Carmeli jew le.

Bid-difiża tgħid li l-ħatra tal-psikjatri għandha ssir qabel iwieġeb jekk hux ħati.