Kummerċ Lokali

Kunċert ta’ Laura Marzadori fit-Teatru Manoel

Teatru Manoel b’kollaborazzjoni ma’ RPL Malta u Calma Management, ser jorganizzaw kunċert ta’ Laura Marzadori nhar il-Hadd, 23 ta’ Ġunju 2024 fit-8.30pm fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.

Il-kunċert ser ikun jikkonsisti b’Laura Marzadori, Leader tat-Teatro alla Scala Orchestra flimkien ma’ Eugenio Silvestri fuq il-viola, u t-talenti lokali taghna Francis Camilleri fuq il-pjanu u Bettino Farrugia fuq il-pjanu. Il-programm innifsu ser jikkonsisti fi Trio dei Birilli di Mozart, J. Brahms Trio op. 40 (viola al posto del corno) u Concert D. Shostakovich: 5 pezzi.

Laura Marzadori ngħaqdet ma’ Scala Theater Orchestra bħala leader violin lura fis-sena 2014, meta kellha biss 25 sena. Qabel ma kienet ħadet din il-pożizzjoni, kienet iddoq bħala solista u bħala vjolinista maċ-chamber, però qatt f’orkestra. Madanakollu, il-membri tal-Kummissjoni flimkien ma’ Daniel Barenhoim bħala l-President, unanimament ħatruha bħala l-Concertmaster. B’din il-kariga, hija diġà ħadmet ma’ diversi kondutturi mondjali bħal Barenboim, Chailly, Gatti, Harding u Pappano.

Hija bdiet tistudja l-vjolin ftit xhur qabel ma kienet għalqet erba’ snin ma’ Fiorenza Rosi, għalliem tal-metodu Suzuki. Ta’ għaxar snin studjat għal sena mal-Professur Enzo Porta – vjolinist kbir, qabel ma daħlet għal GB Martini Conservatory f’Bologna, minn fejn hija gradwat magna cum laude f’Ottubru 2005.

Laura studjat ukoll ma’ Marco Fornaciari sakemm kellha sbatax-il sena, għal ħafna snin vjolinista solista ma’ Claudio Scimone ensemble ‘I Solisti Veneti’.

Fis-sena 2004 hija rebhet l-‘Andrea Amati’ National Contest for Young Violinists. Iċ-chairman tal-gurija kien il-famuż vjolinista Salvatore Accardo.

Dan il-kunċert huwa ssaportjat mill-Ministeru għall-Kultura u Kunsilli Lokali, il-Ministeru għat-Turizmu, Continental Cars, Green MT, M Vintage u Waterfront Hotel.

Il-biljetti għall-kunċert ta’ Laura Marzadori qed jinbiegħu b’ritmu mgħaġġel u jistgħu jinxtraw għall-prezzijiet ta’ €30, €25, €20 u €10. Hemm skonti specjali għal student u l-kartà anzjan. Għall-biljetti tal-kunċert idhlu fuq www.teatrumanoel.mt jew ċemplu (+356) 2124 6389.