Hekk kif jumejn ilu saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-Veterans Malta Football Association, Il-membri preżenti kkonfermaw lil Malcolm Camilleri sabiex ikompli bil-Presidenza tiegħu għalkemm kien hemm tibdil ieħor fil-kumitat eżekuttiv.
Fil-fatt, Kevin Loughborough, Mario Camilleri u Charles Polidano se jieħdu post Chris Fenech, Mark Mizzi u Eric Saliba, filwaqt li żammew posthom il-Viċi President Stephen Wellman, it-Teżorier Mark Micallef u l-membru tal-kumitat Antoine Sammut.
Fil-laqgħa ġie spjegat li din l-Assoċjazzjoni għandha l-għan li tkompli tattira aktar plejers veterani sabiex jingħaqdu magħha bil-kampjonat li għadda li kien fih aktar minn 30 eks plejer internazzjonali. Ġie kkonfermat ukoll li Floriana u Marsaxlokk se jiżdiedu mat-tmien timijiet eżistenti sabiex issa l-kampjonat se jkun magħmul minn għaxar timijiet.
//= $special ?>

