Il-plejer żagħżugħ Thomas Sammut rebaħ il-kampjonat nazzjonali taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena organizzat mill-Malta Darts Association meta kiseb il-punti meħtieġa fl-għaxar logħbiet li lagħab. Hu kiseb 18-il punt daqs Kyle Satariano, iżda rebaħlu 2-0 fil-konfront dirett sabiex seta’ jikseb it-titlu.
Ħdax-il żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem f’dan it-tournament li sar fil-klabb ta’ Żejtun Laċċi, fejn il-livell ta’ logħob li ntwera kien verament tajjeb. B’kollox intlagħbu 55 logħba bejn dawn il-plejers li huma l-futur tad-darts lokali.
Fi tmiem il-kompetizzjoni li kienet mifruxa fuq jumejn, il-President tal-Malta Darts Association Tony Demanuele ppreżenta t-tazza lil Thomas Sammut.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAD-DARTS TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Thomas Sammut, Kyle Satariano 18
Geordie Zammit, Gerard Spiteri 16
Aiden Micallef 12
Gyzer Xhin, Alexei Zammit 8
Riyaz Bonello 6
Shaun Hayden Ciappara 4
Lucas Zammit, Acriel Agius Borg 2
//= $special ?>

