Lokali

“Aħna rridu dak li hu tagħna” – Il-Barklori ta’ Tas-Sliema

Aħna irridu dak li hu tagħna! Irridu naħdmu Tas-Sliema kif dejjem għamilna.

Din kienet l-għajta tal-barklora li nġabru fix-xatt ta’ Tas-Sliema; il-post li minnu kienu jaqilgħu l-għixien tagħhom ta’ kuljum.

Il-barklora kienu qegħdin jipprotestaw kontra ftehim illi bih kienu projbiti milli jwasslu lil passiġieri minn tas-Sliema għall-Belt, Ftehim li suppost kellu jiskadi fl-2020, però …. b’mod sigriet ….reġa ġie mġedded għal tlett snin oħra.

Imbgħad, fl-2023 dan il-ftehim ta’ estensjoni ukoll kellu jiskadi u suppost il-barklori setgħu mill-ġdid jaħdmu bla restrizzjonijiet.

Madanakollu, il-barklora xorta ġew mwaqqfa …. kif spjegat se l-Avukat Martina Farrugia li qed tirrapreżenta lill-barklora.

Il-President tal-Barklora spjega li meta t-turisti tilimithom għal post wieħd biss dawn jispiċaw jagħżlu alternativa oħra u għalhekk jonqos ix-xogħol tagħhom.

Barra minn hekk il-permess ikun dejjem imħallas biex il-barklori jkunu jistgħu jaqsmu.