L-Olanda wissiet li kapaċi ma tkomplix tieħu parti fil-Festival tal-Eurovision wara li l-kantant li kellu jirrappreżentaha fil-konkors ta’ din is-sena spiċċa skwalifikat għall-għarrieda.
Joost Klein kien ipprojbit milli jkanta fl-Iżvezja wara li hu, allegatament, hedded bil-kliem lil mara li kienet involuta fil-produzzjoni tal-konkors fil-belt ta’ Malmo.
Issa, ix-xandar Olandiż Avrotros sejjaħ biex l-organizzaturi tal-Eurovision jindirizzaw ‘il-problemi strutturali’ tal-konkors – fost twissija ċara li l-Olanda tista’ ma tieħux sejhem aktar ‘sakemm issir xi forma ta’ titjib fl-organizzazzjoni’.
L-organizzaturi, fil-preżent, qed jinvestigaw l-inċident ta’ Klein li tiegħu kien l-ewwel każ fejn kantant spiċċa skwalifikat wara li l-kanzunetta tiegħu għaddiet għas-serata finali tal-Eurovision.
//= $special ?>